Ix-xahar ta’ Dicembru huwa assocjat mas-Solennita’ tat-Twelid ta’ Sidna Gesu’ Kristu li hija wahda mill-festi principali tal-Knisja Kattolika. Fir-rahal taghna tax-Xaghra, il-festi tal-Milied jigu ccelebrati bl-isplendur kollu li jixiriqilhom, ibda mill-funzjonijiet il-kbar li jigu ccelebrati fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina u kompli bl-attivitajiet kollha li jsehhu fl-ambjent estern tal-lokalita’. Ix-Xaghra minn dejjem kienet maghrufa bhala ‘ir-rahal tal-presepju’ ghall-fatt li fiha jigu esebiti l-akbar ammont ta’ presepji, sew statici u mekkanici, li jkun hawn fil-Gzira tat-Tliet Gholjiet. Mhux ta’ b’xejn ghalhekk li din is-sena, fil-lokalita’ taghna, ser ikun hawn xejn inqas minn TMINTAX-IL PRESEPJU esebit ghall-pubbliku, fosthom il-Presepju Haj tan-Nazzarenu li ser ikun ghall-wiri go farmhouse fi Triq Mannar biswit il-Knisja ta’ Kristu Sultan. Nhar id-29 ta’ Ottubru 2004, fl-ahhar ftit gimghat qabel intemmet l-Arcipretura ta’ Mons. Ewkaristiku Sultana, twaqqfet l-Ghaqda ‘Il-Milied fix-Xaghra’ li tahdem f’kollaborazzjoni ma’ l-Arcipriet tal-Parrocca u mad-diversi ghaqdiet socjali li hawn fir-rahal taghna biex torganizza programm ta’ attivitajiet ghal dan iz-zmien tas-sena.
SKOLA PRIMARJA:
Il-programm ta’ din is-sena ser jinkludi attivitajiet specifici ghat-tfal li jattendu l-Iskola Primarja tal-lokalita’ taghna. Nhar it-Tnejn li ghadda, 30 ta’ Novembru, ittiehdet l-inizjattiva li tinxteghel il-Kuruna tradizzjonali ta’ l-Avvent bil-ghan li t-tfal jifhmu s-sinifikat ta’ dan iz-zmien qaddis. B’zieda ma’ din l-attivita’, illum l-Erbgha 2 ta’ Dicembru, inxteghlet is-Sigra tal-Milied fl-entratura principali ta’ l-iskola. Bejn il-Gimgha 4 u t-Tnejn 21 ta’ Dicembru ser issir wirja ta’ grotti maghmula mit-tfal – tkun ser miftuha fil-granet ta’ l-iskola bejn is-1.30pm u s-2.30pm. Ser tigi wkoll organizzata novena ghat-tfal fl-Iskola mit-Tnejn 7 ta’ Dicembru ‘l quddiem.
KNISJA BAZILIKA U KNEJJES OHRA FIX-XAGHRA
Fil-Knisja Parrokkjali taghna, il-festi tal-Milied isiru bis-Solennita’ kollha li tixirqilhom – il-programm ta’ dawn l-attivitajiet jibda nhar it-Tlieta 15 ta’ Dicembru 2009, l-Ewwel Jum tan-Novena tal-Bambin u jintemm nhar il-Hadd 3 ta’ Jannar 2010, Solennita’ ta’ l-Epifanija tal-Mulej. Bhas-snin l-imghoddija, ser isiru zewg Quddisiet bil-prietka tan-Novena – wahda fis-6.00am li tkun ghall-adulti u ohra fis-6.00pm li tkun ghat-tfal u l-genituri taghhom. Il-festi tal-Milied jilhqu l-qofol taghhom nhar il-Hamis 24 ta’ Dicembru bil-lejl – dakinhar mal-Knisja Universali niccelebraw it-Twelid ta’ l-Imghallem Divin permezz ta’ l-Ewkaristija ta’ Nofs il-Lejl li tkun tinkludi l-Kant tas-Salmi, l-intronizzazzjoni tax-xbieha ta’ Gesu’ Bambin fuq l-Artal Maggur u Koncelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-Kapitlu u l-Kleru tal-Parrocca.
Missirijietna Xaghrin rabtu l-jiem tal-Kwaranturi Mqaddsa ma’ l-ahhar granet tas-sena kurrenti u l-ewwel jum tas-sena l-gdida. Ghaldaqstant, nhar l-Erbgha 30 ta’ Dicembru 2009, naghtu bidu ghal din id-devozzjoni antika ta’ erbghin siegha Adorazzjoni quddiem Gesu’ Sagramentat li jkun espost sollennament fuq l-artal maggur ghall-venerazzjoni tal-fidili. Ser ikun hemm mumenti ta’ adorazzjoni ghat-tfal li jkunu ghaddejjin bil-vaganzi skolastici taghhom u inizjattivi ohra. Il-Quddiesa tas-6.00pm ta’ l-ahhar jum tas-sena tkun tinkludi wkoll il-Kant tat-Te Deum b’radd il-hajr lil Alla fi tmiem is-sena civili. Ta’ min isemmi wkoll il-Quddiesa tal-11.00pm li twassalna ghall-bidu ta’ sena gdida 2010. Fil-lejl ta’ bejn il-Hamis 31 ta’ Dicembru u l-Gimgha 1 ta’ Jannar, jinzamm Lejl ta’ Adorazzjoni Ewkaristika fil-Bazilika – wara li tintemm il-Quddiesa tal-11.00pm, din l-Adorazzjoni titkompla fl-Oratorju tal-Passjoni. Il-qofol u l-gheluq tal-Kwaranturi jsir nhar il-Gimgha 1 ta’ Jannar 2010, Solennita’ ta’ Marija Omm Alla u Omm il-Paci. Filghaxija, tohrog il-purcissjoni Ewkaristika li tghaddi mit-toroq principali tar-rahal taghna. Programm dettaljat ta’ dawn l-attivitajiet jinghata lilkom fil-jiem li gejjin.
Fil-Knisja ta’ Gesu’ Nazzarenu u f’dik ta’ Sant’Anton Abbati, issir ukoll in-Novena tal-Milied permezz ta’ Quddiesa bil-prietka fis-6.30pm.
IL-QASAM TAL-MUZEW
Is-Socjeta’ tal-Muzew ghandha sehem importanti f’dawn il-festi natalizji. L-attivita’ principali li torganizza din is-Socjeta’ hija l-purcissjoni bix-xbieha ta’ Gesu’ Bambin nhar il-Milied filghaxija. Din it-tradizzjoni kien bdieha l-fundatur San Gorg Preca li kellu mhabba specjali lejn il-Misteru ta’ l-Inkarnazzjoni. Il-manifestazzjoni tradizzjonali tibda fil-5.00pm minn quddiem il-Muzew tas-Subien u tintemm fil-Knisja Bazilika fejn isir Programm Annwali marbut ma’ din il-festa – dan il-programm varjat ikun jinkludi kant minn kor ta’ tfal, qari ta’ poeziji marbuta mal-Milied, play b’messagg ghal zminijietna u fuq kollox il-prietka tradizzjonali tat-tifel li din is-sena giet miktuba mill-W.R. Kan. Guzepp Cini.
Barra din l-attivita’, fil-Muzew tas-Subien issir ukoll wirja ta’ crafts tal-Milied li tinfetah nhar is-Sibt 19 ta’ Dicembru fis-6.00pm u tibqa’ miftuha sal-Hadd 3 ta’ Jannar, premjazzjoni lit-tfal li jattendu b’mod regolari l-lezzjonijiet tad-duttrina u festini tal-Milied. Fil-Muzew tal-Bniet, isir ukoll il-Kuncert tal-Milied mit-tfal ghall-Genituri.
KUNSILL LOKALI XAGHRA
Il-Kunsill ukoll jorganizza zewg attivitajiet principali b’rabta ma’ Zmien il-Milied. L-ewwel avveniment huwa l-KUNCERT ANNWALI li din is-sena ser isir nhar it-Tlieta 22 ta’ Dicembru fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina u jibda fis-7.30pm. Kif kien imhabbar fuq dan is-sit elettroniku, dan il-Kuncert muzikali ser isir mill-Kor Laudate Pueri tal-Knisja Bazilika ta’ San Gorg Martri (Belt Victoria). Waqt din l-attivita’, issir il-gabra annwali ghall-Community Chest Fund amministrata mill-President tar-Repubblika.
Immedjatament wara dan il-Kuncert, il-Kunsill ser jorganizza wkoll TRATTAMENT GHAR-RESIDENTI BARRANIN fic-Cirklu taz-Zghazagh.
ATTIVITAJIET OHRA
Ma’ dawn l-attivitajiet li semmejna, ikun hemm bosta ohrajn bhal per ezempju t-tour Xaghra Cribs by Night, il-Kuncert The Glories of Christmas imtella’ mill-Kor Nativitas fis-Sala ‘Dun Alwig Camilleri’ tal-Kazin tas-Socjeta’ Filarmonika Victory, l-iskeda tal-Milied ta’ Radju Bambina (98.3 FM) ecc. Ghal aktar informazzjoni, wiehed jista’ jikkonsulta l-programm li ssibu hawn taht jew inkella jibghat e-mail fuq presepju@hotmail.com.
Djarju Attivitajiet Milied 2009 (click to download).
NIXTIEQULKOM MINN QALBNA L-MILIED IT-TAJJEB U SENA GDIDA MIMLIJA B’DAK KOLLU LI TIXTIEQ QALBKOM!! AWGURI!!