Nhar il-Hadd 13 ta’ Dicembru 2009, Malta tfakkar il-35 Anniversarju minn meta saret Repubblika fi zmien il-Gvern Laburista tal-Perit Duminku Mintoff. F’dan il-jum tas-sena 1974, ir-Regina tar-Renju Unit ma baqghetx il-kap ta’ l-istat u minflokha gie appuntat Sir Anthony Mamo, bhala l-Ewwel President tar-Repubblika. Il-President huwa l-Kap ta’ l-Istat, jiffirma l-Ligijiet kollha li jghaddu mill-Parlament u jamministra wkoll il-’Community Chest Fund’. L-Ufficcju tal-President jinsab fil-Palazz il-Belt u bhala residenzi ghandu l-Palazzi ta’ Sant’Anton u l-Verdala. Il-Presidenti tar-Repubbika mit-twaqqif taghha sal-lum kienu dawn:
Sir Anthony Mamo (qabel sar President kien ukoll Gvernatur Ġenerali)
Dr. Anton Buttiġieġ (1976-1981)
Is-Sinjorina Agatha Barbara (1982-1987)
Is-Sur Pawlu Xuereb – Aġent-President (1987-1989)
Dr. Ċensu Tabone (1989-1994)
Dr. Ugo Mifsud Bonniċi (1994-1999)
Dr. Guido Demarco (1999-2004)
Dr. Edward Fenech Adami (2004-2009)
Dr. George Abela (2009 – prezent).
Posted in: Events
Il-Knisja f’Malta f’dan il-Hadd ticcelebra s-Solennita’ ta’ l-Epifanija tal-Mulej – din hija l-festa li tfakkar il-wasla tas-Slaten Magi biex jaduraw lil Gesu’ Bambin fl-Ghar ta’ Betlehem. F’hafna pajjizi, din il-festa ghadha tigi ccelebrata fis-6 ta’ Jannar u hafna jqisuha bhala l-akbar festa ta’ Zmien il-Milied. Fi tmiem il-Quddiesa, tkun haga f’waqtha li wiehed jistieden lill-fidili sabiex ibusu x-xbieha ta’ Gesu’ tarbija b’sens ta’ qima u adorazzjoni kif ghamlu l-Magi.
FIL-KNISJA BAZILIKA TA’ MARIJA BAMBINA:
5.00am, 6.00am u 7.00am: Quddies bl-omelija.
8.00am: Kant tat-Tifhir ta’ Sbieh il-Jum u Talba ta’ Nofs il-Jum mill-W.R. Kapitlu tal-Kolleggjata taghna.
8.30am: Koncelebrazzjoni Konventwali Solenni. Wara l-omelija, skont drawwa qadima tal-Knisja, issir it-Thabbira Solenni tal-Festi li jimxu ma’ l-Ghid mill-W.R. Kan. Anton Refalo, Kantur u t-Tielet Dinjita’ tal-Kapitlu Kolleggjali.
9.45am: Quddiesa ghat-tfal kollha tal-parrocca. Imexxi Mons. Arcipriet. Waqt din il-Quddiesa, issir il-gabra specjali fost it-tfal ghall-Opra qaddisa tas-Sant’Infanzja. Janima l-Grupp tal-Kitarri tal-parrocca.
10.30am: Wasla tas-Slaten Magi u d-dahla trijonfali taghhom fi Pjazza l-Vitorja – din hija attivita’ organizzata mill-Ghaqda ‘Il-Milied fix-Xaghra’.
11.00am: Quddiesa b’messagg attwali ghaz-zghazagh tal-parrocca. Janima l-Kor ‘Schola Cantorum Jubilate’.
11.45am: Premjazzjoni u tqassim ta’ certifikati tal-Kompetizzjonijiet marbuta mal-Milied mill-Ghaqda ‘Il-Milied fix-Xaghra’.
4.00pm: Kant Solenni tat-Tieni Ghasar (bil-Malti) bis-sehem tal-poplu. Ruzarju u Barka Sagramentali.
5.00pm u 7.30pm: Quddies bl-omelija.

Posted in: Events