Archive for December, 2009

New Year

Il-Kunsill Lokali Xaghra jinghaqad mal-bqija tal-popli madwar id-dinja fl-isbah awgurju ghal Sena Gdida mimlija b’kull rizq u hena! Il-Kunsill jawgura li tkompli tirrenja l-ghaqda u l-kooperazzjoni bejn ix-Xaghrin halli d-diversi inizjattivi li norganizzaw matul is-sena li gejja jkunu ta’ beneficcju ghal-lokalita’ taghna. Fl-istess hin, il-Kunsill Lokali jixtieq jirringrazzjakom ta’ l-interess taghkom fl-attivitajiet li organizzajna matul is-sena 2009.

Is-Sindku s-Sur Joseph Cordina ser iwassal il-messagg tieghu lill-poplu Xaghri permezz ta’ Radju Bambina, ir-radju tal-komunita’ parrokkjali taghna (98.3 FM), nhar il-Gimgha 1 ta’ Jannar 2010 f’nofsinhar.

Dan il-messagg twassal b’mod dirett fuq l-istazzjon komunitarju tal-Parrocca tax-Xaghra, Radju Bambina, nhar il-Gimgha 25 ta’ Dicembru 2009, Jum il-Milied, fin-12.30pm.

Huti Xaghrin,

Huwa pjacir tieghi li qed inwasslilkom dan il-messagg fl-okkazjoni tal-Milied. Kull sena jasal dan iz-zmien li matulu nfakkru grajja kbira fl-istorja ta’ l-umanita’ – it-Twelid ta’ Sidna Gesu’. Huwa zmien li jgieghlna ninsew id-differenzi ta’ bejnietna u naghtu lil xulxin awguri sincieri ta’ barka u gid. Wiehed ma jistax ma jahsibx f’dawk il-persuni li jinsabu wehidhom f’dawn iz-zminijiet – jista’ jkun li jinsabu fis-solitudni minhabba li m’ghandhom lil hadd min izurhom u jghidilhom kelma ta’ kuragg. Jistghu jkunu wehidhom ghax tilfu lil xi hadd ghaziz ghalihom u qed ihossu li hadd mhu qieghed jifhimhom. Bhala Sindku ta’ din il-lokalita’, nixtieq inwassal kelma ta’ komfort lil dawn in-nies f’dawn il-mumenti difficli fil-hajja taghhom.

Il-Kunsill Lokali Xaghra jaghmel l-almu tieghu sabiex fir-rahal taghna jibqa’ jinhass l-ispirtu tal-Milied. Min-naha taghna, ahna naghtu l-appogg lill-Ghaqda ‘Il-Milied fix-Xaghra’ biex tkun tista’ torganizza seminars u attivitajiet ohra b’konnessjoni ma’ din il-festa tant ghaziza ghalina. Barra minn hekk, niehdu hsieb li narmaw bid-dwal tal-Milied Vjal it-8 ta’ Settembru, li hija t-triq principali tal-lokalita’ taghna. Il-Kunsill jorganizza wkoll Kuncert annwali tal-Milied li din is-sena sar nhar it-Tlieta li ghaddiet, 22 ta’ Dicembru. Dan il-Kuncert sab post prominenti fil-kalendarju ta’ attivitajiet kulturali li jigu organizzati fil-Gzira tat-Tliet Gholjiet f’dan il-perjodu tas-sena.

Jalla l-ghaqdiet kollha tax-Xaghra jikkoperaw bejniethom halli flimkien inkomplu noholqu attivitajiet li permezz taghhom inkomplu naghtu identita’ unika lir-rahal taghna. Minn qalbi, nawgura lilkom u lill-familji taghkom il-Milied it-tajjeb mimli b’kull rizq u paci tal-qalb!!

Joseph Cordina

Sindku Xaghra.

Arma ta' MaltaIl-Malta Community Chest Fund hija istituzzjoni karitattiva li hija mmexxija mill-Eccellenza tieghu l-President tar-Repubblika Maltija, li huwa l-Kap ta’ l-Istat. L-ghan ta’ din l-istituzzjoni huwa li tghin ghaqdiet filantropici u, aktar minn hekk, individwi li jkollhom bzonnijiet partikolari. Din l-istituzzjoni ma tircevix fondi diretti mill-Gvern Centrali. Madankollu, matul is-sena, jittellghu diversi attivitajiet (bhal kuncerti ecc) organizzati mill-Ufficcju tal-President sabiex permezz taghhom jingabru fondi ghal dawn il-kawzi gusti. Il-Community Chest Fund tiddependi wkoll fuq il-generozita’ ta’ diversi kumpaniji kummercjali u l-pubbliku in-generali.

Attivita’ principali li jorganizza l-Ufficcju tal-President hija ‘L-ISTRINA’. Din normalment issir f’xi gurnata bejn il-festa tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena bil-ghan li l-pubbliku Malti jinghaqad f’kampanja nazzjonali biex permezz tal-fondi li jingabru, tkun tista’ tinghata ghajnuna finanzjarja lil dawk kollha li jigu bzonn is-servizzi ta’ dan il-fond kommunitarju. Hija attivita’ ghal kollox specjali ghax tghaqqad lil kulhadd f’hidma kollettiva biex nghinu lil dawk li huma anqas ixxurtjati minna. Din is-sena, ‘L-ISTRINA’ saret nhar is-Sibt 26 ta’ Dicembru – gurnata maghrufa b’mod popolari bhala Boxing Day. Sabiex l-Ghawdxin ikollhom sehem akbar f’din ic-celebrazzjoni nazzjonali ta’ solidarjeta’, intrama palk apposta fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk) fil-Belt Victoria li fuqu saru bosta attivitajiet ghal dawk prezenti, fosthom ghanjiet tradizzjonali u popolari ta’ Zmien il-Milied, wirjiet ecc. Kienu wkoll qeghdin isiru kollegamenti diretti ma’ l-istazzjonijiet kollha Maltin.

Il-Kunsill Lokali Xaghra ipprezenta wkoll l-ghotja tieghu ghal din il-kawza gusta. Ghall-habta tas-2.00pm, is-Sindku Joseph Cordina ipprezenta ghotja sabiha ta’ € 510 li ngabret waqt il-Kuncert Annwali “…Et Incarnatus Est…” li sar nhar it-Tlieta 22 ta’ Dicembru 2009 fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina. Huwa wkoll inghata l-opportunita’ li jwassal il-messagg tieghu ta’ l-okkazjoni fejn heggeg lill-Ghawdxin u b’mod aktar specifiku lix-Xaghrin sabiex huma wkoll jhossu l-polz tan-nazzjon kollu f’din il-gurnata u jikkontribwixxu ghal dan l-iskop nobbli. Tard filghaxija, ghall-habta tas-7.30pm, l-E.T. il-President ta’ Malta  Dr. George Abela kien f’Ghawdex biex b’mod personali jircievi l-ghotjiet finanzjarji b’rizq il-Community Chest Fund.

Kien ta’ sodisfazzjon ghal kulhadd meta sirna nafu li fi tmiem l-attivita’ kollha, kienu ngabru ‘l fuq minn zewg miljun ewro f’karita’ lil hutna Maltin u Ghawdxin fil-bzonn. Tassew li l-ispirtu ta’ generozita’ li bih huwa moghni l-poplu Malti u Ghawdxi rega’ deher fl-aqwa tieghu!

© Copyright Xaghra.com. All Rights Reserved.