Archive for November, 2009

December 25, 2009

Bambin Milied XaghraIllum il-Gimgha 25 ta’ Dicembru 2009, il-Knisja Universali ticcelebra s-Solennita’ tat-Twelid ta’ Sidna Gesu’ Kristu. Dan huwa jum ta’ festa u btala pubblika ghal pajjizna. Ghall-Knisja Kattolika, dan huwa jum ta’ FESTA KMANDATA li fiha MHUX PERMESS IX-XOGHOL u li hemm L-OBBLIGU TAS-SMIEGH TAL-QUDDIES. Il-Quddies fil-Bazilika ser ikun iccelebrat fl-istess hinijiet tal-Hdud, jigifieri:
5.00am, 6.00am, 7.00am, 8.30am (Konventwali), 9.45am u 11.00am.
8.00am: Kant Solenni tat-Tifhir ta’ Sbieh il-Jum u Talba ta’ Nofs il-Jum mir-Reverendissimu Kapitlu tal-Kolleggjata taghna.
8.30am: Koncelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-Milied immexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo, Protonotarju Apostoliku.
10.30am: Ghanjiet tradizzjonali u popolari tal-Milied mill-Kor ‘Schola Cantorum Jubilate’ akkumpanjat mill-’Jubilate Chamber Orchestra’.
11.00am: Quddiesa tal-Milied ghall-adoloxxenti u z-zghazagh kollha tal-parrocca taghna bis-sehem tal-Kor ‘Schola Cantorum Jubilate’.
4.00pm: Kant Solenni tat-Tieni Ghasar bis-sehem tal-kongregazzjoni nisranija. Ruzarju u Barka Sagramentali.
5.00pm: Quddiesa bl-omelija.
5.00pm: Mill-Kappella tal-Kuncizzjoni fil-Muzew tas-Subien, titlaq il-Purcissjoni annwali u tradizzjonali bix-xbieha ta’ Gesu’ Bambin bis-sehem tal-Banda ‘Victory’ (A.D. 1898) tal-lokalita’ taghna. Din il-purcissjoni tghaddi mit-toroq Parisot, Gnien Xibla, Tigrija, Pjazza l-Vitorja, Knisja, Bullara, Spiera u mill-Pjazza tidhol fil-Bazilika. Kulhadd huwa mistieden u mheggeg sabiex isegwi l-purcissjoni matul it-triq kollha.
6.00pm: Programm tal-Milied imtella’ mis-Socjeta’ tal-Muzew li jinkludi l-prietka tradizzjonali tat-tifel, miktuba minn Dun Guzepp Cini. Nattendu bi hgarna.

8.00pm: Issir l-ahhar Quddiesa bl-omelija fil-Bazilika.

December 24, 2009

Illum il-Hamis 24 ta’ Dicembru 2009, niccelebraw Lejliet is-Solennita’ tat-Twelid ta’ Sidna Gesu’ Kristu.
5.00am, 5.30am, 6.00am, 6.30am, 7.45am u 8.30am: Quddies fil-Bazilika.
F’nofsinhar, il-Knisja Universali tibda ticcelebra l-VGILI TAS-SOLENNITA’ tal-Milied ta’ Gesu’ Bambin.
4.30pm: Quddiesa tal-Vgili tal-Milied.
5.15pm: Kant Sollenni ta’ l-Ewwel Ghasar tal-Milied bis-sehem tal-assemblea liturgika u l-poplu nisrani mmexxi mill-W.R. Kapitlu tal-Kolleggjata Insinji taghna u ppresedut mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo.
6.00pm: Quddiesa Vespertina tal-Vgili tal-Milied.
11.00pm: Ghanjiet tradizzjonali tal-Milied bis-sehem tal-Kor ‘Voci Angeliche’ tal-parrocca taghna.
11.30pm: Celebrazzjoni ta’ l-Ufficcju tal-Qari tal-Milied. Kant tas-Salmi tal-Matutin.
F’nofs il-lejl: Ix-xbieha ta’ Gesu’ Bambin titwassal fuq l-artal maggur tal-Bazilika. Isir il-Kant tal-Glorja li jhabbar il-Milied Imqaddes.
Koncelebrazzjoni Solenni tal-Lejl Qaddis tal-Milied immexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo, Protonotarju Apostoliku, bis-sehem tal-Kor ‘Voci Angeliche’. Wara l-Quddiesa Solenni, inkomplu naqsmu l-ferh tal-Milied waqt agape fuq iz-zuntier tal-Bazilika.

Ic-celebrazzjoni tal-Quddiesa ta’ nofs il-lejl issir ukoll fil-Knisja ta’ Gesu’ Nazzarenu. Fil-11.30pm ikun hemm il-Kant tal-Liturgija tas-Sighat, Prietka tal-Milied u Quddiesa Solenni ta’ nofs il-lejl. Imexxi l-Kan. Dun Anton Refalo Rapa, Rettur tal-Knisja, bis-sehem tas-sacerdoti li jaqdu fil-Knisja tan-Nazzarenu u bl-animazzjoni tal-Kor ‘Maranatha’.

December 20, 2009
18:30

poster ufficjali Kuncert Milied 2009

Dan il-Kuncert ser isir nhar il-Hadd 20 ta’ Dicembru mis-6.30pm ‘il quddiem fis-Sala tal-Kazin tal-Banda Victory. Jiehu sehem il-Kor Nativitas.

© Copyright Xaghra.com. All Rights Reserved.