Fil-prezent, il-Kunsill Lokali Xaghra jinsab ghaddej b’hidma qawwija fil-lokalita’ taghna bil-ghan li nkomplu nkunu ta’ servizz ghar-residenti taghna. Dan is-sit elettroniku ser jaggornakom b’elenku ta’ dawn ix-xoghlijiet:
(a) It-twessiegh ta’ Triq Parisot – dan huwa xoghol bzonnjuz li ser iwassal biex jitjieb l-immaniggjar tat-traffiku f’din it-triq. Il-Kunsill Lokali wasal fi ftehim mal-propjetarji ta’ din il-porzjon ta’ art fi Triq Parisot u dawn tal-ahhar taw il-kunsens taghhom ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi sabiex il-Kunsill jiehu l-pussess ta’ din l-art, iwaqqa’ l-hitan illi kienu jifirduha mit-triq, iwittiha u jasfaltaha sabiex din tibda tifforma parti integrali mill-istess triq.
(b) Il-kostruzzjoni ta’ belvedere fi Triq Knisja – wara li ghalqet is-sejha ghall-offerti u ntghazel il-kuntrattur li ser ikun qed jaghmel dan ix-xoghol fi Triq Knisja, fi ftit jiem ohra ser ikun qed jinghata bidu ghall-progett ambizzjuz tal-bini ta’ belvedere fil-lokalita’. Ghal dawn ix-xoghlijiet, il-Kunsill Lokali Xaghra rnexxielu jakkwista fondi mill-Iskema ‘Progetti Specjali fil-Lokalitajiet’ imnedija mill-Gvern Centrali permezz tas-Segretarjat Parlamentari ghall-Kompetizzjoni Gusta, Affarijiet tal-Konsumatur, Kunsilli Lokali u Djalogu Pubbliku. Dan il-progett huwa ntiz li jkompli jkattar il-postijiet ta’ rikreazzjoni ghall-familja kollha. L-area li giet maghzula biex fuqha jinbena dan il-belvedere hija ideali ghall-fatt li minnha wiehed jista’ jgawdi veduti sbieh tal-kampanja fit-triq li taghti ghal Marsalforn. Dan il-progett huwa mistenni li jkun lest sa Ottubru li gej.
(c) Irrangar tal-gnien ta’ hdejn il-Mithna – Wara li fl-ahhar gimghat gie installat loghob gdid ghat-tfal fil-gnien ta’ quddiem il-Mithna ta’ Kola, issa kien imiss li ssir manutenzjoni generali ta’ dan il-gnien bil-ghan li nkomplu niehdu hsieb il-postijiet li huma devoluti lilna ghall-beneficcju tar-residenti taghna.
Investiment f’attivitajiet kulturali
Il-Kunsill Lokali Xaghra qed ikompli jinvesti f’attivitajiet kulturali li jixprunaw il-hidma kollettiva tar-residenti u jwasslu biex jigi apprezzat dejjem aktar it-talent lokali. Barra minn hekk, attivitajiet simili jghinu biex jigbdu lejn ir-rahal taghna numru sabih ta’ barranin li jesploraw il-gmiel naturali tax-Xaghra taghna. Minn Jannar sal-lum, jigifieri fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, il-Kunsill Lokali organizza numru sabih ta’ attivitajiet bl-ahhar wahda tkun it-TASTE OF SUMMER organizzata fit-12 ta’ Gunju 2010 b’kollaborazzjoni mal-Body Art Dance Group. Dan biex ma nsemmux il-Festi tal-Karnival fi Frar u c-celebrazzjonijiet marbuta ma’ Jum il-Lokalita’ f’April li ghadda.
Fil-prezent, diga’ ghaddejja l-hidma biex f’Settembru li gej, jigi organizzat festival li ser ikun qed iwassal fix-Xaghra numru ta’ delegazzjonijiet mill-Italja, Franza u l-Grecja bl-iskop li nesponu l-prodotti tipici ta’ rahalna u ta’ pajjizna. Ma’ dan, hemm pjanat ukoll li f’Ottubru tigi organizzata gurnata fejn ir-residenti Xaghrin ikunu jistghu jiffamiljarizzaw ruhhom mal-mezzi tat-teknologija tal-informatika f’attivita’ organizzata b’mod kongunt bejn il-Kunsill Lokali u l-Kullegg Malti ghax-Xjenza u t-Teknologija (MCST). Bhal ma jsir kull sena, il-Kunsill Lokali Xaghra beda l-preparamenti tieghu biex jigi organizzat il-Kuncert tal-Milied fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina f’Dicembru li gej bhala parti mill-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Hemm ukoll attivitajiet minuri ohra li l-Kunsill qed ihejji ruhu ghalihom biex inkomplu naghmlu mil-lokalita’ taghna RAHAL TA’ KULTURA.
Il-Kunsill jibbenefika minn programmi tal-Unjoni Ewropea
Kif diga’ thabbar minn dan is-sit elettroniku, bejn it-Tnejn 12 u t-Tlieta 20 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill Lokali Xaghra ser jorganizza skambju ta’ hames zghazagh minn hames ghaqdiet socjali differenti fil-lokalita’ ghall-Polonja. Il-grupp ser ikun immexxi mis-Sindku s-Sur Joseph Cordina. Parti mill-fondi biex ikun jista’ jigi organizzat dan l-iskambju kulturali ser jigu mill-programm YOUTH IN ACTION tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kunsill Lokali Xaghra jhares ‘il quddiem b’ottimizmu biex ikompli ghaddej b’aktar hidma u jorganizza aktar attivitajiet li minnhom jibbenefikaw ir-residenti taghna!