Il-Kunsill Lokali Xaghra ghamel zjara ufficjali fl-Italja ghal-Laqgha Internazzjonali ta’ bliet u rhula Ewropej li jipproducu t-tin bhala wiehed mill-prodotti tipici taghhom. Din iz-zjara saret fuq stedina tas-Sur Vincenzo de Leonardis li huwa l-koordinatur principali tal-Festival tat-Tin li jsir kull sena f’Bari f’dawn iz-zminijiet.
Is-Sur De Leonardis kien fostna x-Xaghra bejn l-20 u t-22 ta’ April li ghadda biex flimkien mieghu niddiskutu l-organizazzjoni tal-Festival tat-Tin fix-Xaghra li ser isir lejn l-ahhar ta’ Settembru, ezattament fl-ahhar weekend ta’ dan ix-xahar. Fix-Xaghra hawn bosta bdiewa li jkabbru t-tin fl-ghelieqi taghhom u din il-frotta ghandha diversi utilitajiet sew fil-kcina u anke ghal aspetti medicinali. Dan l-interess fit-tin kompla jizviluppa fir-rahal taghna meta f’Ottubru 2009, il-Kunsill Lokali Xaghra gie mistieden mis-Sur De Leonardis sabiex jippartecipa f’esebizzjoni ta’ prodotti maghmulin mit-tin li saret f’Carmignano.
Fil-lejl bejn is-Sibt 28 u l-Hadd 29 ta’ Awwissu 2010 saret serata folkloristika bis-sehem tax-Xaghra Folk Group li tela’ mad-delegazzjoni tal-Kunsill fl-Italja ghal din l-okkazjoni. Kien hemm bosta zeffiena Xaghrin u numru sabih ta’ muzicisti li jdoqqu muzika folkloristika u tradizzjonali. F’kelmtejn li ghamel ghal din l-okkazjoni, is-Sindku Joseph Cordina irringrazzja lil dawk kollha li ospitaw lill-Kunsill ghal dik il-Laqgha ferm interessanti. Huwa stqarr li jinsab fiducjuz li l-organizazzjoni tal-festival tat-tin fil-lokalita’ taghna ser tghin biex tkompli tissahhah din ir-rabta ta’ hbiberija li hemm bejn il-Kunsill Lokali Xaghra u l-Kunsilli ta’ Carmignano u Giungano. It-test shih ta’ dan id-diskors konciz qieghed jigi mtella’ fuq dan is-sit elettroniku ghall-attenzjoni taghkom.
Signori presenti per questa attivita’,
Prima di tutto, vi ringrazio per l’ospitalita’ che voi avete dato alla nostra delegazione che viene da Xaghra Malta. Il nostro comune è molto lieto di partecipare in questo incontro internazionale della citta’ del fico e sta preparando per l’organizazzione di una festa a Xaghra durante il sabato 25 e la domenica 26 settembre.
Il comune di Xaghra è anche allegato nel ficusnet che è la rete mediterranea delle citta’ del fico. Vorrei ringraziare particolarmente il Signor Vincenzo De Leonardis che è responsabile di questa’ attivita’ – lui è molto accogliente e amicevole. Se non era lui, noi non siamo qui. E il nostro piacere che il comune di Xaghra e altri comuni che producono fichi organizzano attivita’ simile a questa per conoscere meglio l’arte della culvitazione dei fichi.
Vi ringrazio per un’altro volta e vi auguro una bella notte!
Waqt din il-mawra taghhom fl-Italja, dawk li attendew kellhom ukoll l-opportunita’ li jzuru u jitolbu fuq il-Qabar li fih hemm midfun il-qaddis popolari San Piju tal-Pjagi. Id-delegazzjoni rritornat lura lejn Ghawdex nhar it-Tlieta 31 ta’ Awwissu. L-avveniment li jmiss organizzat mill-Kunsill Lokali Xaghra huwa l-FESTIVAL TAT-TIN nhar is-Sibt 25 u l-Hadd 26 ta’ Settembru. Aktar dettalji naghtuhomlkom fil-granet u l-gimghat li gejjin.
Peress li dan huwa l-ahhar aggornament fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill Lokali Xaghra qabel il-jum solenni tat-8 ta’ Settembru, Jum is-Solennita’ Liturgika tat-Twelid ta’ Marija Bambina, nawgurawlkom minn qalbna l-kumplament tal-festa t-tajba! Niddevertu flimkien minghajr ma nweggghu lil hadd!
Ritratti jittellghu aktar ‘il quddiem.
