| September 8, 2010 |
F’din is-Solennità Liturġika tat-Twelid ta’ Marija Bambina kull min iżur il-
Bażilika ta’ Marija Bambina jirbaħ l-Indulġenza Plenarja skont il-
kundizzjonijiet tas-soltu, frott l-Aggregazzjoni Spiritwali tagħna mal-Bażilika
Liberjana ta’ Santa Maria Maggiore ta’ Ruma.
5.00am, 6.00am, 7.00am, 8.00am, 11.00am, 5.00pm: Quddies bl-omelija fil-Bażilika.
8.00am: Marċ mill-Banda Victory mill-Każin tal-istess Socjeta’ sa Misraħ il-Vitorja fejn tilqa’ lill-E.T. Mons.Isqof Mario Grech mid-Domus Curialis sal-Bażilika.
9.00am: KONCELEBRAZZJONI PONTIFIKALI SOLENNI ippreseduta mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, Isqof Djoċesan bis-sehem ta’ delegazzjoni tal-W.R.mu Kapitlu Katidrali u tal-W.R.mu Kapitlu Kolleġġjali ta’ Marija Bambina u l-Kleru tal-Parroċċa. Wara l-Qari tal-Evanġelju, l-E.T. Mons Isqof jagħmel il-prietka tal-okkażjoni. Fi tmiem il-Pontifikal Solenni, Kant tal-Innu Malti f’dan il-Jum ta’ Festa Nazzjonali.
Tiġi esegwita l-Quddiesa A Maria Immacolata tas-Surmast Bugeja bis-sehem tas-solisti u l-kor Jesus of Nazareth tas-Sliema, Malta.
11.30am: Marċ popolari u brijuż mill-Baned Beland taż-Żejtun u Prekursur tax-Xewkija li jibda mill-bidu ta’ Triq Marija Bambina.
6.00pm: Kant Solenni tat-Tieni Għasar bis-sehem tal-W.R. Kapitlu Kolleġġjali, ippresedut mill-W.R. Mons. Arċipriet Carmelo Refalo, Protonotarju Apostoliku.
6.00pm: Tibda sfilata ta’ marċijiet mill-Banda Victory tax-Xagħra u l-Banda Cittadina Leone tal-Belt Victoria li tilħaq il-qofol tagħha f’Misraħ il-Vitorja.
7.00pm: ĦRUĠ SOLENNI tal-Istatwa artistika ta’ Marija Bambina Inkurunata mill-Knisja Bażilika. Il-Banda Victory issellem lill-Patruna tagħna bil-Kant ta’ l-Ave Maria, u wara, l-istess banda, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Galea LCM, tesegwixxi l-innu
“Ħdejn in-nieqa ta’ Marija”, bis-sehem tas-solisti u l-kor Nativitas ta’ l-istess Soċjetà Filarmonika.
7.30pm: Purċissjoni devota bl-istatwa ta’ Marija Bambina Inkurunata bis-sehem tal-W.R.mu Kapitlu Kolleġġjali u Kleru tal-Parroċċa mmexxija mill-W.R. Arċipriet Mons. Carmelo Refalo, Protonotarju Apostoliku.
Waqt il-purċissjoni, il-Banda Cittadina Leone tal-Belt Victoria tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier f’Misraħ il-Vitorja.
9.30pm: Merħba kbira lil Marija Bambina f’Misraħ il-Vitorja. Kant ta’ l-Ave Maria mis-Sopran Rita Dimech. Spettaklu ta’ logħob tan-nar ta’ l-ajru.
10.00pm: Dħul Solenni ta’ l-Istatwa Inkurunata ta’ Marija Bambina fil-Knisja Bażilika. Kant ta’ l-Antifona Nativitas Tua u Barka Sagramentali.
11.00pm: Marċ brijuż mill-Banda Victory tax-Xagħra minn Misrah il-Vitorja, jdur madwar il-knisja, Vjal it-8 ta’ Settembru u jintemm fil-Kazin tal-istess Socjeta li jaghlaq dan il-JUM TA’ FESTA NAZZJONALI.