Aġenda Laqgħa Kunsill – Jannar 2018

Ser issir laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra nhar it-Tnejn 22 ta’ Jannar 2018 fil-5.30pm fl-uffiċċju amministrattiv. L-aġenda hija kif ġej:

33.1     Qari tal-ittri ta’ apoloġiji;

33.2     Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-Minuti;

33.3   Approvazzjoni tal-Quarterly Financial Report għall-perijodu Ottubru-Diċembru 2017;

33.4     Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom l-aġġudikazzjoni tat-tender tax-xiri ta’ pajpijiet għal culvert fi Triq Kortoll, ħruġ ta’ offerta pubblika għax-xogħol ta’ resurfacing ta’ parti minn Triq Għajn Ħosna, ħatra ta’ bord ta’ aġġudikazzjoni għat-tender taċ-ċaqlieq tal-wires tad-dawl fi Pjazza l-Vitorja, is-sitwazzjoni tal-indafa fit-toroq, l-organizazzjoni tal-Karnival, l-organizazzjoni tal-festival tat-tin u ikel tipiku Malti, kiri ta’ vettura għall-użu tal-Kunsill, approvazzjoni tal-performance appraisals tas-Segretarju Eżekuttiv u l-impjegati fl-uffiċċju tal-Kunsill u materji oħra

33.5     Tweġibiet għall-Mistoqsijiet tal-Kunsillieri;

33.6     Qari tal-Korrispondenza;

33.7     Ilmenti mir-residenti;

33.8     Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-iskeda ta’ pagamenti;

33.9    Mozzjoni 166 – Il-latrina pubblika fi Vjal it-Tmienja ta’ Settembru u

33.10  Tmiem tal-laqgħa u data tas-seduta li jmiss.

Bħal kull laqgħa oħra tal-Kunsill, din il-laqgħa tkun streamed live fuq l-internet fuq il-website www.xaghra.com. 

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv.