Tqassim tal-boroż tar-riċiklaġġ lir-residenti Xagħrin

Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra jħabbar li ser jerġa’ joffri l-boroż tar-riċiklaġġ b’xejn għar-residenti tagħna. Din l-inizjattiva qed tittieħed mill-Kunsill bil-kollaborazzjoni tal-kumpanija Greenpak li hija l-kumpanija responsabbli mill-ġbir tal-iskart riċiklabbli fil-lokalita’ tagħna.

Kull familja ser tkun intitolata għal pakkett boroż tar-riċiklaġġ. Dawn ser ikunu jistgħu jinġabru mill-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill Lokali minn nhar it-Tnejn 22 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 2 ta’ Frar 2018 bejn it-8.00am u nofsinhar. Importanti li wieħed jimla’ il-formula biex ikun jista’ jiġbor il-boroż tar-riċiklaġġ li għalihom huwa intitolat.

Din l-inizjattiva tifforma parti minn kampanja edukattiva li fiha qed titqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa li wieħed jirriċikla l-iskart tiegħu biex ikollna ambjent aħjar. Nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom!

Once again the Xaghra Local Council would like to inform the residents that there will be a distribution of free recycling bags from the Local Council offices between Monday 22nd January and Friday 2nd February 2018 between 8.00am and noon. This completed coupon should be presented so that you can collect these recycling bags. Thanks for your collaboration!