Kors tal-aerobics (keep fit) għar-residenti

Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra iħabbar li fuq talba ta’ diversi residenti ser ikun qed jorganizza kors tal-aerobics immexxi minn Radu Gheorghe.

Dan il-kors ser jibda nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Frar u ser jikkonsisti f’għoxrin sessjoni. Il-kors ser jinżamm tlett darbiet fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa u l-Kunsill ser joffrih għall-prezz issussidjat ta’ € 25 kull persuna.

Dawk interessati li jipparteċipaw f’dan il-kors għandhom jirreġistraw fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 31 ta’ Jannar 2018. Il-ħlas irid isir mal-applikazzjoni stess fl-uffiċċju tal-Kunsill.