Il-Karnival 2018 organizzat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra

Il-programm ta’ attivitajiet relatati mal-Karnival fil-lokalita’ tagħna organizzat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra huwa kif ġej:

 

Is-Sibt 10 ta’ Frar: Sibt il-Karnival.

7.30pm: Programm varjat tal-Karnival fil-Pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ Ġesu’ Nazzarenu.

 

Il-Ħadd 11 ta’ Frar: Ħadd il-Karnival.

10.45am: Marċi tal-Karnival mill-Banda Victory fi Triq Bambina, Vjal it-Tmienja ta’ Settembru u Pjazza l-Vitorja.

F’nofsinhar: Jibda programm varjat tal-Karnival fi Pjazza l-Vitorja bis-sehem ta’ karrijiet trijonfali u kumpaniji taż-żfin.

 

Inħeġġukom tattendu għal dawn l-attivitajiet. Id-dħul huwa b’xejn.