Proġett iffinanzjat mill-Programm Europe for Citizens tal-Unjoni Ewropea

Bejn it-Tlieta 31 ta’ Ottubru u l-Ġimgħa 3 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra ospita delegazzjoni ta’ ħamsin persuna mil-lokalitajiet ta’ Mergo fl-Italja u Chevaigné fi Franza bħala parti minn programm ta’ attivitajiet biex jikkommemoraw il-ftehim ta’ ġemellaġġ li jeżisti bejn dawn it-tliet lokalitajiet. Id-delegazzjoni barranija żaret diversi postijiet ta’ interess storiku fix-Xagħra u f’Għawdex fosthom it-Tempji tal-Ġgantija, il-Mitħna Ta’ Kola, l-Għar ta’ Xerri, l-Għar ta’ Ninu, iċ-Ċittadella, id-Dwejra u oħrajn. Ġiet organizzata wkoll konferenza bis-sehem ta’ kelliema min-naħa tal-MEUSAC nhar l-Erbgħa 1 ta’ Novembru fiċ-Ċirklu taż-Żgħażagħ. Dawn l-attivitajiet kienu iffinanzjati mill-programm Europe for Citizens tal-Unjoni Ewropea.