Avviż dwar tender maħruġ mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra – Il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar 2018

Il-Kunsill Lokali ta’ Ix-Xagħra jgħarraf li:

Sejħiet għall-offerti għandhom jintlaqgħu mil-Kunsill Lokali tax-Xagħra sal-10.00am tal-Erbgħa 7 ta’ Frar 2018 għal:

Xogħol ta’ ċaqlieq tal-cables tal-elettriku għal taħt l-art fi Pjazza l-Vitorja, Xagħra Għawdex

Id-dokumenti tal-offerta huma bla ħlas u jiġu miksuba, imniżżla u milqugħa BISS min fuq is-sit elettroniku (www.etenders.gov.mt).

Kull kjarifika jew addenda lid-dokument jittellgħu fuq il-website u wieħed jista’ jarahom jew jitniżżlu mill-istess sit.

Il-Kunsill Lokali jżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta, anke l-aktar waħda vantaġġuża.