Laqgħa tal-Kunsill – Diċembru 2017

Ser issir laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra nhar it-Tnejn 18 ta’ Diċembru 2017 fil-5.30pm fl-uffiċċju amministrattiv. L-aġenda hija kif ġej:

33.1     Qari tal-ittri ta’ apoloġiji;

33.2     Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-Minuti;

33.3     Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-Minuti tal-laqgħa tal-lokalita’;

33.4     Approvazzjoni tal-Estimi Finanzjarji Annwali (budget) għas-sena 2018;

33.5     Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom l-aġġudikazzjoni tal-kwotazzjoni għat-tiżjin ta’ Vjal it-Tmienja ta’ Settembru u Pjazza l-Vitorja għall-festi tal-Milied, l-aġġudikazzjoni tat-tender għas-servizz tal-bexx tas-siġar tal-palm fil-lokalita’, l-aġġudikazzjoni tat-tender tax-xiri ta’ pajpijiet għal culvert fi Triq Kortoll, l-organizazzjoni tal-Kunċert tal-Milied, l-organizazzjoni tal-Karnival 2018, l-organizazzjoni tal-festival tat-tin u ikel tipiku Malti 2018, xogħol ta’ tisbieħ fil-pjazza quddiem  il-Knisja ta’ Ġesu’ Nazzarenu u materji oħra

33.6     Tweġibiet għall-Mistoqsijiet tal-Kunsillieri;

33.7     Qari tal-Korrispondenza;

33.8     Ilmenti mir-residenti;

33.9     Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-iskeda ta’ pagamenti; u

33.10  Tmiem tal-laqgħa u data tas-seduta li jmiss.

Bħal kull laqgħa oħra tal-Kunsill, din il-laqgħa tkun streamed live fuq l-Internet u miftuħa wkoll għall-pubbliku.

Grazzi.

 

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv.