Laqgħa tal-Kunsill – Novembru 2017

Ser issir laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra nhar it-Tnejn 27 ta’ Novembru 2017 fil-5.30pm fl-uffiċċju amministrattiv. L-aġenda hija kif ġej:

32.1      Qari tal-ittri ta’ apoloġiji;

32.2      Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-Minuti;

32.3      Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom ix-xogħol ta’ rikostruzzjoni tat-tieni parti ta’ Triq Marsalforn, l-aġġudikazzjoni tat-tender għas-servizz tal-bexx tas-siġar tal-palm fil-lokalita’, l-aġġudikazzjoni tal-kwotazzjoni għat-tiżjin ta’ Vjal it-Tmienja ta’ Settembru u Pjazza l-Vitorja għall-festi tal-Milied 2017, ħatra ta’ bord ta’ aġġudikazzjoni għat-tender tax-xiri ta’ pajpijiet għal culvert fi Triq Kortoll, materji relatati mal-aġġudikazzjoni tat-tender għax-xogħol ta’ rinnovazzjoni quddiem il-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati, l-organizazzjoni tal-Kunċert tal-Milied, il-festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati, l-organizazzjoni tal-Karnival 2018, l-organizazzjoni tal-festival tat-tin u ikel tipiku Malti 2018, ħatra ta’ ambaxxatur/ambaxxatriċi lokali taż-żgħażagħ u materji oħra

32.4      Tweġibiet għall-Mistoqsijiet tal-Kunsillieri;

32.5      Mozzjoni 163 – Ic-centru tal-Anzjani fix-Xaghra; 

32.6     Mozzjoni 164 – Centru Anzjani Xaghra;

32.7      Qari tal-Korrispondenza;

32.8      Ilmenti mir-residenti;

32.9      Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-iskeda ta’ pagamenti;

32.10    Mozzjoni 165 – Pjazza l-Vitorja u l-area ta’ madwar u

32.11   Tmiem tal-laqgħa u data tas-seduta li jmiss.

Bħal kull laqgħa oħra tal-Kunsill Lokali, din il-laqgħa tkun streamed live fuq l-Internet u miftuħa għall-pubbliku.

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv