Laqgħa tal-Kunsill Lokali – Ottubru 2017

Ser issir laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra nhar il-Ħamis 26 ta’ Ottubru 2017 fil-5.30pm fl-uffiċċju amministrattiv. L-aġenda hija kif ġej:

AĠENDA

31.1     Qari tal-ittri ta’ apoloġiji;

31.2     Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-Minuti;

31.3   Approvazzjoni tal-Quarterly Financial Report għall-perijodu bejn Lulju u Settembru 2017;

31.4     Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom ix-xogħol ta’ rikostruzzjoni tat-tieni parti ta’ Triq Marsalforn, ħatra ta’ bord ta’ aġġudikazzjoni għall-offerta pubblika għas-servizz tal-bexx tas-siġar tal-palm fil-lokalita’, ħatra ta’ bord ta’ aġġudikazzjoni għall-kwotazzjoni għat-tiżjin ta’ Vjal it-Tmienja ta’ Settembru u Pjazza l-Vitorja għall-festi tal-Milied 2017, l-organizazzjoni ta’ attivitajiet relatati maż-żjara fix-Xagħra tad-delegazzjonijiet minn Mergo u Chevaigné f’Novembru, l-organizazzjoni ta’ attivitajiet konnessi ma’ żmien il-Milied u materji oħra

31.5     Tweġibiet għall-Mistoqsijiet tal-Kunsillieri;

31.6     Qari tal-Korrispondenza;

31.7     Ilmenti mir-residenti;

31.8     Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-iskeda ta’ pagamenti u

31.9     Tmiem tal-laqgħa u data tas-seduta li jmiss.

Bħal kull laqgħa oħra tal-Kunsill Lokali, din il-laqgħa tkun streamed live fuq l-internet u tkun miftuħa wkoll għall-pubbliku. 

 

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv.