Avviż dwar tender maħruġ mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra

Il-Kunsill Lokali ta’ Ix-Xagħra jgħarraf li:

Sejħiet għall-offerti għandhom jintlaqgħu mil-Kunsill Lokali tax-Xagħra sal-10.00am tat-Tnejn 13 ta’ Novembru 2017 għal:

Servizz ta’ bexx tas-siġar tal-palm fil-lokalita’ tax-Xagħra Għawdex

Id-dokumenti tal-offerta huma bla ħlas u jiġu miksuba, imniżżla u milqugħa BISS min fuq is-sit elettroniku (www.etenders.gov.mt).

Kull kjarifika jew addenda lid-dokument jittellgħu fuq il-website u wieħed jista’ jarahom jew jitniżżlu mill-istess sit.

Il-Kunsill Lokali jżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta, anke l-aktar waħda vantaġġuża.

 

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv.