Kors tal-aerobics (keep fit)

Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra iħabbar li fuq talba ta’ diversi residenti ser ikun qed jorganizza kors tal-aerobics immexxi minn Radu Gheorghe.

Dan il-kors ser jibda nhar it-Tnejn 16 ta’ Ottubru u ser jikkonsisti f’27 sessjoni. Il-kors ser jinżamm tlett darbiet fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa u l-Kunsill ser joffrih għall-prezz issussidjat ta’ € 35 kull persuna.

Dawk interessati li jipparteċipaw f’dan il-kors għandhom jirreġistraw fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru f’nofsinhar. Il-ħlas irid isir mal-applikazzjonijiet stess fl-uffiċċju tal-Kunsill.