Ġbir ta’ Ħwejjeġ Użati għall-Karita’

Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra iħabbar li, b’kollaborazzjoni mal-Ordni ta’ Malta, se jorganizza sessjoni ta’ ġbir ta’ ħwejjeġ użati. Dawn il-ħwejjeġ għandhom ikunu preferibilment sajfin peress li ser jintbagħtu fil-missjoni tal-Ghana.

Il-ġbir ta’ dawn il-ħwejjeġ ser isir nhar is-Sibt 18 ta’ Novembru 2017 mit-8.00am sal-11.30am quddiem l-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill.  Inħeġġukom tieħdu sehem f’din l-inizjattiva intiża biex tgħinu lill-persuni inqas ixxurtjati minna.