Kors fil-bizzilla u crafts ghar-residenti Xaghrin

Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra javża li ser jorganizza kors ta’ bizzilla u crafts għall-benefiċċju tar-residenti tagħna.

Dawn il-korsijiet ser jibdew nhar il-Hamis 5 ta’ Ottubru 2017 u jinżammu fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill Lokali tagħna. Dawk kollha li huma interessati li jattendu għandhom jirreġistraw isimhom fl-uffiċċju tal-Kunsill sa mhux aktar tard minn nhar is-Sibt 30 ta’ Settembru 2017. Il-ħlas isir waqt kull lezzjoni.

Grazzi.