Laqgħa tal-Kunsill Lokali – Settembru 2017

Ser issir laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru 2017 fil-5.30pm fl-uffiċċju amministrattiv. L-aġenda hija kif ġej:

30.1     Qari tal-ittri ta’ apoloġiji;

30.2     Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-Minuti;

30.3     Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom ix-xogħol ta’ rikostruzzjoni tat-tieni parti ta’ Triq Marsalforn, l-aġġudikazzjoni tat-tender għal kiri ta’ bobcat għal xogħol tal-Kunsill, ħruġ ta’ offerta pubblika għas-servizz tal-bexx tas-siġar tal-palm fil-lokalita’, ħruġ ta’ kwotazzjoni għat-tiżjin ta’ Vjal it-Tmienja ta’ Settembru u Pjazza l-Vitorja għall-festi tal-Milied 2017, l-organizazzjoni ta’ attivitajiet relatati maż-żjara fix-Xagħra tad-delegazzjonijiet minn Mergo u Chevaigné f’Novembru, is-sitwazzjoni attwali tal-latrini pubbliċi fil-lokalita’ u materji oħra

30.4     Tweġibiet għall-Mistoqsijiet tal-Kunsillieri;

30.5     Qari tal-Korrispondenza;

30.6     Ilmenti mir-residenti;

30.7     Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-iskeda ta’ pagamenti u

30.8     Tmiem tal-laqgħa u data tas-seduta li jmiss.

Bħal kull laqgħa oħra tal-Kunsill Lokali, din il-laqgħa tkun streamed live fuq l-internet fuq is-sit www.xaghra.com u tkun miftuħa wkoll għall-pubbliku. Grazzi.

 

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv.