Vaċċin b’xejn kontra l-influwenza staġjonali

Għal sena oħra, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra reġa’ għamel l-arranġamenti meħtieġa mal-Ministeru tas-Saħħa sabiex persuni Xagħrin li għandhom minn 55 sena ‘l fuq jkunu jistgħu jirċievu l-vaċċin kontra l-influwenza staġjonali mill-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill.

Għaldaqstant, dawk kollha interessati li jirċievu dan is-servizz mil-lokalita’ tagħna stess għandhom jinkitbu fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 6 ta’ Settembru 2017 f’nofsinhar.  Minħabba li l-Kunsill huwa marbut b’ċerti deadlines biex jissottometti l-lista ta’ persuni interessati li jirċievu dan is-servizz, talbiet li jidħlu wara din id-data ma jiġux aċċettati. Infakkru li dan is-servizz qed jiġi offrut B’XEJN u għaldaqstant, il-Kunsill ma hux ser jitlob l-ebda ħlas.

Il-booking għal dan is-servizz jista’ jsir ukoll permezz tat-telefon fuq in-numru 21 563737 fil-ħinijiet tal-uffiċċju bejn is-7.00am u s-1.00pm mit-Tnejn 28 ta’ Awwissu sal-Erbgħa 6 ta’ Settembru. Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.