Laqgħa tal-Kunsill Lokali – Awwissu 2017

Ser issir laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra nhar it-Tnejn 28 ta’ Awwissu 2017 fil-5.00pm fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill. L-aġenda hija kif ġej:

29.1     Qari tal-ittri ta’ apoloġiji;

29.2     Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-Minuti;

29.3     Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom l-aġġudikazzjoni tat-tender għax-xogħol ta’ tisbieħ quddiem il-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati, l-aġġudikazzjoni tat-tender għall-kiri ta’ vettura għall-użu tal-Kunsill, l-aġġudikazzjoni tal-kwotazzjoni għat-tindif tat-toroq fil-jiem tal-festa ta’ Marija Bambina, ħatra ta’ bord għall-aġġudikazzjoni tat-tender għal kiri ta’ bobcat għal xogħol tal-Kunsill, l-organizazzjoni tal-festival tat-tin u prodotti tipiċi Maltin, l-organizazzjoni ta’ attivitajiet relatati maż-żjara fix-Xagħra tad-delegazzjonijiet minn Mergo u Chevaigné f’Novembru, it-tiġdid tal-kuntratt relatat mas-servizz ta’ assistenza fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-anzjani u materji oħra

29.4     Tweġibiet għall-Mistoqsijiet tal-Kunsillieri;

29.5     Qari tal-Korrispondenza;

29.6     Ilmenti mir-residenti;

29.7     Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-iskeda ta’ pagamenti u

29.8     Tmiem tal-laqgħa u data tas-seduta li jmiss.

Bħal kull laqgħa oħra tal-Kunsill, din il-laqgħa tkun streamed live fuq l-Internet u miftuħa għall-pubbliku. Grazzi.

 

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv.