Laqgħa tal-Kunsill Lokali – Lulju 2017

Ser tinżamm laqgħa oħra tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra nhar it-Tnejn 31 ta’ Lulju 2017 fis-7.00pm fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill. L-aġenda hija kif ġej:

  1. Talba, Qari u Approvazzjoni tal-Minuti;
  2. Punti mqajma mill-Minuti;
  3. Approvazzjoni tal-quarterly financial report għall-perijodu April-Ġunju 2017;
  4. Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom l-aġġudikazzjoni tat-tender għax-xogħol ta’ tisbieħ u rinnovazzjoni quddiem il-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati, ħatra ta’ bord għall-aġġudikazzjoni tat-tender għall-kiri ta’ vettura għall-użu tal-Kunsill, ħatra ta’ bord għall-aġġudikazzjoni tal-kwotazzjoni gaħt-tindif tat-toroq fil-jiem tal-festa, il-permessi tal-bejjiegħa li jarmaw temporanjament fil-ġranet tal-festa, għeluq ta’ toroq fi żmien il-festa, ħruġ ta’ offerta pubblika għal servizz ta’ bobcat għal xogħol tal-Kunsill, l-organizazzjoni tal-festival tat-tin u prodotti tipiċi Maltin, l-organizazzjoni ta’ attivitajiet relatati maż-żjara fix-Xagħra tad-delegazzjonijiet minn Mergo u Chevaigné f’Novembru, l-organizazzjoni tal-Kunċert tal-Milied u materji oħra;
  5. Qari tal-Korrispondenza u Ilmenti mir-residenti;
  6. Approvazzjoni tal-Pagamenti; u
  7. Aġġornament.

Bħal kull laqgħa oħra tal-Kunsill, din il-laqgħa tkun streamed live fuq l-internet fuq il-website www.xaghra.com. Il-laqgħa tkun miftuħa wkoll għall-pubbliku. Grazzi. 

 

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv