Avviż dwar kwotazzjoni

Il-Kunsill Lokali ta’ Ix-Xagħra jgħarraf li:

Sejħiet għall-kwotazzjonijiet għandhom jintlaqgħu mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra sal-10.00am tat-Tnejn 24 ta’ Lulju 2017 għal:

Servizz ta’ knis u tindif ta’ toroq matul il-jiem tal-festa ta’ Marija Bambina 2017

Id-dokumenti tal-kwotazzjoni huma bla ħlas u jiġu miksuba, imniżżla u milqugħa BISS min fuq is-sit elettroniku (www.etenders.gov.mt).

Kull kjarifika jew addenda lid-dokument jittellgħu fuq il-website u wieħed jista’ jarahom jew jitniżżlu mill-istess sit.

Il-Kunsill Lokali jżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta, anke l-aktar waħda vantaġġuża.

 

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv