Tifkira tal-Irvellijiet tas-Sette Giugno

Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Ġunju 2017, Festa Nazzjonali tas-Sette Giugno, il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ser jorganizza ċ-ċerimonja annwali li tfakkar l-irvellijiet ta’ 98 sena ilu. Dan ser isir b’dan il-programm:

9.30am: Quddiesa fil-Knisja Bażilika ta’ Marija Bambina, ix-Xagħra. Din il-Quddiesa tkun organizzata mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra.

10.15am: Re-enactment li jfakkar il-ġrajja tas-Sette Giugno fi Pjazza l-Vitorja.

11.00am: Ċerimonja tat-tqegħid tal-fjuri f’riġlejn il-plakka ta’ Ġużeppi Bajada fi Triq Bullara.

Kulħadd huwa mistieden li jattendi!