Ġbir ta’ boroż tar-riċiklaġġ u boroż tal-iskart organiku

Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra jħabbar li ser jerġa’ joffri l-boroż tar-riċiklaġġ u organiku b’xejn għar-residenti tagħna. Din l-inizjattiva qed tittieħed mill-Kunsill bil-kollaborazzjoni tal-kumpanija Greenpak li hija l-kumpanija responsabbli mill-ġbir tal-iskart riċiklat fil-lokalita’ tagħna.

Dawn ser ikunu jistgħu jinġabru mill-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra minn nhar it-Tnejn 10 ta’ Lulju bejn it-8.00am u nofsinhar. Importanti li wieħed iġib il-fuljett li ser jitqassam mal-Bullettin tal-weekend li ġej kif ukoll il-Karta tal-Identita’ biex ikun jista’ jiġbor il-boroż tar-riċiklaġġ li għalihom huwa intitolat. Il-ġbir ta’ dawn il-boroż jibqa’ sejjer sat-Tnejn 31 ta’ Lulju. Importanti li wieħed jimla’ il-formula biex ikun jista’ jiġbor il-boroż tar-riċiklaġġ u organiku li għalihom huwa intitolat.

Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.