Laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra – Mejju 2017

Ser issir laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra nhar it-Tnejn 22 ta’ Mejju 2017 fil-5.30pm fl-uffiċċju amministrattiv b’din l-aġenda:

  1. Talba, Qari u Approvazzjoni tal-Minuti;
  2. Punti mqajma mill-Minuti;
  3. Approvazzjoni tal-audited financial statements għas-sena 2016;
  4. Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom il-ħatra ta’ bord għall-aġġudikazzjoni tat-tender għax-xogħol ta’ tisbieħ u rinnovazzjoni quddiem il-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati, il-ħruġ ta’ tender għall-kiri ta’ vettura għall-użu tal-Kunsill, l-attivita’ annwali tas-Sette Giugno, l-organizazzjoni tal-festival tat-tin u prodotti tipiċi Maltin, l-organizazzjoni ta’ kunċert mużikali fi Pjazza l-Vitorja, l-organizazzjoni tal-Kunċert tal-Milied u materji oħra;
  5. Qari tal-Korrispondenza u Ilmenti mir-residenti;
  6. Approvazzjoni tal-Pagamenti; u
  7. Aġġornament.

Bħal kull laqgħa oħra, din il-laqgħa tkun miftuħa għall-pubbliku u tkun ukoll streamed live fuq l-internet fuq il-website www.xaghra.com. Grazzi.

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv.