Programm ta’ attivitajiet fl-okkażjoni ta’ Jum il-Lokalita’ 2017

Il-Ġimgħa 28 ta’ April: Tifkira tat-329 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parroċċa. Jum ix-Xagħra.

Il-Librerija ‘Patri Ġiġi Camilleri SJ’ illum tkun miftuħa bejn id-9.00am u l-4.00pm. Matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu, isiru żjajjar organizzati mit-tfal tal-Iskola Primarja. It-tfal ser jiġu mħeġġa sabiex joffru ktieb li jkunu qraw biex jiżdied mal-kollezzjoni ta’ kotba fil-librerija pubblika tagħna. Ser tattendi l-awtriċi mix-Xagħra, Sharon Calleja.

7.00pm: Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla fil-Knisja Bażilika ta’ Marija Bambina mmexxija minn Mons. Arċipriet Carmelo Refalo. Janima l-Kor Voci Angeliche. 

7.30pm: Marċ mill-Banda Victory minn Pjazza l-Vitorja sal-Każin tal-istess Soċjeta’.

8.00pm: Fis-Sala ‘Dun Alwiġ Camilleri’ fil-Każin tal-Banda Victory, issir is-serata kommemorattiva ta’ Jum il-Lokalita’. Isiru diskorsi, feature storiku u l-għoti tal-unur ĠIEĦ IX-XAGĦRA 2017 lill-persuna li tkun kwalifikat għalih.

Waqt din is-serata, tieħu sehem il-Banda Victory li tesegwixxi diversi siltiet mużikali. Wara, ikun hemm riċeviment tal-okkażjoni fil-foyer tal-Każin.

 

Il-Ħadd 30 ta’ April:

Mit-8.00am sal-11.30am: Tinżamm edizzjoni oħra tal-Maratona Annwali ta’ Għawdex organizzata mill-Gozo Amateur Athletic Association b’kollaborazzjoni maċ-Ċirklu taż-Żgħażagħ u l-Kunsill Lokali tax-Xagħra.

Kulħadd huwa mistieden li jattendi għal dawn l-attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra.