Laqgħa tal-Kunsill – April 2017

Ser issir laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra nhar it-Tnejn 17 ta’ April 2017 fil-5.30pm fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill. L-aġenda hija kif ġej:

  1. Talba, Qari u Approvazzjoni tal-Minuti;
  2. Punti mqajma mill-Minuti;
  3. Approvazzjoni tal-Quarterly Financial Report għall-perijodu Jannar-Marzu 2017;
  4. Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom l-aġġudikazzjoni tat-tender għal xogħol ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq Marsalforn, ħatra ta’ bord għall-aġġudikazzjoni tat-tender għax-xogħol ta’ tisbieħ u rinnovazzjoni quddiem il-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati, l-organizazzjoni tal-attivitajiet ta’ Jum ix-Xagħra, l-organizazzjoni tal-festival tat-tin u prodotti tipiċi Maltin, l-organizazzjoni ta’ kunċert mużikali fi Pjazza l-Vitorja, l-organizazzjoni tal-Kunċert tal-Milied, kiri ta’ vettura għall-użu tal-Kunsill u materji oħra;
  5. Mozzjoni 161 – L-istat hazin tal-ahhar parti ta’ Triq Ghajn Hosna, Xaghra Ghawdex;
  6. Mozzjoni 162 – Triq Ghajn Hosna, Ix-Xaghra Ghawdex;
  7. Qari tal-Korrispondenza u Ilmenti mir-residenti;
  8. Approvazzjoni tal-Pagamenti; u
  9. Aġġornament.

Bħal kull laqgħa oħra tal-Kunsill, din il-laqgħa tkun streamed live fuq l-internet u tkun miftuħa wkoll għall-pubbliku.

 

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv