Laqgħa tal-Kunsill Lokali – Marzu 2017

Ser issir laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra nhar it-Tnejn 13 ta’ Marzu 2017 fil-5.30pm fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill. L-aġenda hija kif ġej:

AĠENDA

  1. Talba, Qari u Approvazzjoni tal-Minuti;
  2. Punti mqajma mill-Minuti;
  3. Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom l-aġġudikazzjoni tal-kwotazzjonijiet għas-servizz ta’ knis fil-lokalita’, ħatra ta’ bord għall-aġġudikazzjoni tat-tender għax-xogħol ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq Marsalforn, l-organizazzjoni tal-attivitajiet ta’ Jum ix-Xagħra, l-għoti tal-unur ‘Ġieħ ix-Xagħra 2017’, l-organizazzjoni tal-festival tat-tin, l-organizazzjoni tal-Kunċert tal-Milied u materji oħra;
  4. Mozzjoni Numru 160 – Is-sitwazzjoni perikoluża fi Triq l-Imqades;
  5.  Qari tal-Korrispondenza u Ilmenti mir-residenti;
  6. Approvazzjoni tal-Pagamenti; u
  7. Aġġornament.

 

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv