Sejħa għall-offerti – Tender XLC 02/2017

Il-Kunsill Lokali ta’ Ix-Xagħra jgħarraf li:

Sejħiet għall-offerti għandhom jintlaqgħu mil-Kunsill Lokali tax-Xagħra sal-11.00am tat-Tnejn 24 ta’ April 2017 għal:

Xogħol ta’ tneħħija tal-madum miksur u t-taraġ tal-konkrit, tpoġġija ta’ madum porfido, xogħol u tpoġġija ta’ taraġ maħdum fit-travertin u installazzjoni ta’ sistema tad-dawl għall-mixegħla tal-faċċata tal-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xagħra Għawdex.

Id-dokumenti tal-offerta huma bla ħlas u jiġu miksuba, imniżżla u milqugħa BISS min fuq is-sit elettroniku (www.etenders.gov.mt). Kull kjarifika jew addenda lid-dokument jittellgħu fuq il-website u wieħed jista’ jarahom jew jitniżżlu mill-istess sit.

Il-Kunsill Lokali jżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta, anke l-aktar waħda vantaġġuża.

 

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv.