Programm tal-Karnival organizzat mill-Kunsill Lokali tax-Xaghra

Is-Sibt 25 ta’ Frar: Sibt il-Karnival.

7.00pm: Jibda programm varjat tal-Karnival fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ Ġesu’ Nazzarenu. Ikun hemm żfin minn kumpaniji lokali, gruppi folkloristiċi u ż-żifna tradizzjonali tal-Kumittiva. Ikun hemm għall-bejgħ il-ftira tradizzjonali Għawdxija u titqassam tazza inbid b’xejn lil dawk preżenti. Tippreżenta Francesca Zarb.

 

Il-Ħadd 26 ta’ Frar: Ħadd il-Karnival.

10.30am: Marċi tal-Karnival bis-sehem tal-Banda Victory tax-Xagħra madwar il-Plots tal-Ġgantija.

F’nofsinhar: Jibda programm varjat tal-Karnival fi Pjazza l-Vitorja bis-sehem tal-karrijiet trijonfali, kumpaniji lokali taż-żfin u maskri grotteski. Tinżifen iż-żifna tradizzjonali tal-Kumittiva. Titqassam tazza inbid b’xejn lil dawk preżenti. Jippreżenta Joe Demicoli.

Dawn l-attivitajiet huma organizzati mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra. Kulħadd huwa mistieden!