Laqgħa tal-Kunsill Lokali – Frar 2017

Ser issir laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra nhar it-Tlieta 14 ta’ Frar 2017 fl-4.30pm fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill. 

L-aġenda hija kif ġej:

  1. Talba, Qari u Approvazzjoni tal-Minuti;
  2. Qari u Approvazzjoni tal-Minuti tal-laqgħa tal-lokalita’;
  3. Punti mqajma mill-Minuti;
  4. Approvazzjoni tal-estimi finanzjarji annwali (budget) għas-sena 2017;
  5. Approvazzjoni tal-financial statements għas-sena 2016;
  6. Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom l-organizazzjoni tal-attivitajiet tal-Karnival, ħatra ta’ bord għall-aġġudikazzjoni tal-kwotazzjoni għas-sistema tal-PA fl-attivitajiet tal-Karnival, ħatra ta’ bord għall-aġġudikazzjoni tal-kwotazzjonijiet għas-servizz tal-knis tat-toroq fil-lokalita’, l-organizazzjoni tal-attivitajiet ta’ Jum ix-Xagħra, l-organizazzjoni tal-festival tat-tin u materji oħra;
  7.  Qari tal-Korrispondenza u Ilmenti mir-residenti;
  8. Approvazzjoni tal-Pagamenti u
  9. Aġġornament.

 

Ivan Attard

Segretarju Eżekuttiv