Jitnieda l-Premju ‘Ġieħ ix-Xagħra 2017′

Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra qiegħed għal sena oħra konsekuttiva jniedi l-Premju ‘Ġieħ ix-Xagħra 2017′ bil-għan li jinkoraġġixxi u jagħti sapport lill-individwi li qed jagħmlu unur u ġieħ lix-Xagħra permezz tal-ħidma tagħhom.

Din is-sena, dan il-premju ser jingħata waqt iċ-ċerimonja ta’ Jum il-Lokalita’ li ser issir nhar il-Ġimgħa 28 ta’ April 2017 fit-8.00pm fis-Sala ‘Dun Alwiġ Camilleri’ fil-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika Victory.

Nominazzjonijiet għal dan il-premju jintlaqgħu fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu 2017 fl-4.00pm. Ir-regolamenti flimkien mal-formola ta’ nominazzjoni tista’ titniżżel mil-link ta’ hawn taħt. Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra jirringrazzjakom tal-interess tagħkom.

Regolamenti – Premju Gieh ix-Xaghra 2017 (pdf agħfas biex tniżżel)