Is-servizz tal-WEEE Trolley fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra

WEEE-Malta-TrolleyIl-Kunsill Lokali tax-Xagħra jixtieq jinforma lir-residenti li, b’kollaborazzjoni mal-Wasteserv, beda joffri s-servizz tal-ġbir ta’ skart elettroniku żgħir permezz tal-WEEE trolley li ġie imqiegħed fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill.

B’hekk, ir-residenti li jkunu jixtiequ jiddisponu minn skart elettroniku ta’ daqs żgħir jew medju huma mitluba iġibu dan il-materjal u jpoġġuh f’dan it-trolley.

Dan is-servizz qed jingħata b’żieda mas-servizz b’xejn ta’ ġbir ta’ skart elettroniku kbir u skart goff ieħor kull nhar ta’ Ħamis filgħodu.

Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra iħeġġeġ lir-residenti kollha sabiex jagħmlu użu minn dan is-servizz b’xejn li qed noffru b’kollaborazzjoni mal-Wasteserv.