Kunsillier ġdid għall-Kunsill Lokali tax-Xagħra

Il-Kummissjoni Elettorali tixtieq tavża li f’elezzjoni każwali li saret illum it-Tnejn 30 ta’ Jannar 2017, is-Sur Anthony Attard ġie elett bħala Kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali tax-Xagħra. Dan wara r-riżenja ta’ Dr. Joseph Attard minn Kunsillier.

Għaldaqstant, b’effett mil-lum it-Tnejn 30 ta’ Jannar, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra huwa kompost minn dawn il-membri:

Is-Sur Joseph Cordina (Sindku)

Is-Sur Aaron Agius (Viċi Sindku)

Dr. Christian Zammit (Kunsillier)

Dr. Kevin Cutajar (Kunsillier)

Is-Sur Anthony Attard (Kunsillier).