Il-Kunsill Lokali tax-Xaghra jesprimi s-solidarjeta’ tieghu fit-telfa ta’ Patri Vitor Bonello OFM Konv. (1920 – 2012)

F’dan il-jum li fih il-komunita’ parrokkjali tax-Xaghra ser taghti l-ahhar tislima lil Patri Vitor Bonello, iben denn taghha, il-Kunsill Lokali tax-Xaghra jesprimi solidarjeta’ shiha mal-familja ta’ dan l-iben Frangiskan Konventwali, b’mod partikolari man-neputi tieghu Patri Manwel Bonello u l-familja kollha li jinsabu fl-Awstralja.

Patri Vitor halla dan il-wied tad-dmugh nhar it-Tnejn li ghadda, 6 ta’ Awwissu, Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej, fl-eta’ venerabbli ta’ 91 sena. Huwa kien ilu jaqdi l-missjoni sacerdotali tieghu fl-Awstralja sa mill-1956.

Aghtih O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilu, jistrieh fil-paci. Amen.