Laqgħa tal-Kunsill

[ July 10, 2012; 17:30; ]

Read More»

Laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra – Lulju 2012

Ser issir laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra nhar it-Tlieta 10 ta’ Lulju 2012 fil-5.30pm fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill. L-aġenda hija kif ġej:

Talba tal-Bidu
Qari u Approvazzjoni tal-Minuti
Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom il-ħarġa tat-tfal f’Malta, l-attivita’ kulturali ‘Xagħra Rocks’ f’Awwissu u materji oħra
 Qari tal-korrispondenza
Ilmenti tar-residenti
Approvazzjoni tal-pagamenti u
Data għal laqgħa oħra.

Bħal kull laqgħa oħra tal-Kunsill, il-pubbliku jista’ jattendi.

Mark Formosa
Segretarju Eżekuttiv

Read More»

Ħarġa Malta għall-anzjani Xagħrin

[ July 5, 2012; 16:30; ] Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra ser jorganizza ħarġa Malta għall-anzjani li jattendu ċ-Ċentru tagħhom ta’ matul il-jum u anzjani Xagħrin oħra. Din ser issir fl-okkażjoni tal-Fiera Annwali li qed issir f’Malta.
Il-grupp jiltaqa’ fil-Pjazza ewlenija tax-Xagħra fl-4.30pm minfejn nitilqu lejn l-Imġarr u naqbdu l-vapur tal-5.15pm. Dawk interessati għandhom jirreġistraw isimhom fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill sa mhux aktar tard minn [...]

Read More»
© Copyright Xaghra.com – News