Iljieli Sajfin 2012
Wara s-suċċess miksub fl-organizazzjoni tal-ILJIELI SAJFIN fi Pjazza l-Vitorja matul is-Sajf 2011, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra ser jerġa’ jorganizza edizzjoni oħra ta’ dawn l-iljieli sajfin bil-għan li nkomplu nagħtu ħajja lill-pjazza ewlenija tar-raħal tagħna u fl-istess ħin ngħinu biex nesponu t-talent li għandhom it-tfal u l-istudenti Xagħrin. Dawn l-iljieli sajfin ser isiru f’Misraħ il-Vitorja f’dawn il-ġranet:
Il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju
Il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju u
Il-Ġimgħa 17 ta’ Awwissu 2012.
L-attivita’ tibda fit-8.30pm u tintemm għall-ħabta tal-10.30pm. Għaldaqstant, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra qiegħed jagħmel sejħa lil dawk il-kantanti / bands li jixtiequ jipparteċipaw f’dawn is-serati ta’ talent matul ix-xhur tas-sajf sabiex javviċinaw lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 27 ta’ Ġunju. Inħeġġukom sabiex tipparteċipaw f’din l-inizjattiva. Grazzi.
Posted by admin2 | 0 comments
Recent Comments