Jitkompla x-xogħol ta’ asfaltar fil-lokalita’ tagħna
Wara li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra temm b’suċċess ix-xogħlijiet ta’ asfaltar fit-toroq Vestru u Patri Mattew Sultana, fil-jiem li għaddew, għadhom kemm bdew ix-xogħlijiet ta’ asfaltar fit-toroq Mikelanġ Pace, George Mc Adam, Dun Vinċenz Cauchi u Għajn Lukin li flimkien jiffurmaw il-housing estate ta’ Triq il-Knisja. Dawn ix-xogħlijiet qed ikunu finanzjati mill-Iskema tal-Public Private Partnership li taħtha l-Kunsill Lokali tax-Xagħra kien applika u rċieva fondi speċjali.
Ix-xogħlijiet ta’ asfaltar ser iwasslu biex dawn it-toroq jingħataw dehra ġdida u jkunu fi stat aktar adekwat għall-użu tar-residenti u ta’ dawk li jagħmlu użu minn dawn it-toroq. Il-Kunsill Lokali huwa kommess li jkompli jimplimenta diversi proġetti u inizjattivi ta’ fejda għar-residenti Xagħrin.
Related posts:
- Jingħata bidu għall-Kors taz-Zumba fil-lokalita’ tagħna
- Xogħlijiet mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra
- Progetti ta tisbih fil-lokalita taghna
- Jibda l-programm ta’ asfaltar ta’ toroq mill-Kunsill Lokali Xaghra
- Aktar xoghlijiet infrastrutturali fil-lokalita’
- Xogħlijiet fi Triq San Marzjal
- Jitlesta x-xoghol ta’ restawr fuq zewg nicec storici fil-lokalita’
- Xoghlijiet fi Triq Gnien Imrik
- Installazjoni ta’ equipment gdid fil-playing field tal-lokalita’
Recent Comments