Elezzjoni ghall-hatra tal-Kunsill Lokali tax-Xaghra – Is-Sibt 10 ta’ Marzu 2012

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex ser tinżamm nhar is-Sibt 10 ta’ Marzu 2012. Il-post tal-votazzjoni huwa l-Iskola Primarja fl-istess lokalita’ u l-ħin tal-votazzjoni huwa bejn is-7.00am u s-7.00pm. Id-dokumenti għall-votazzjoni f’din l-elezzjoni  bdew jitqassmu minn nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Frar 2012 minn uffiċjali tal-Pulizija fl-indirizzi tal-votanti kif reġistrati fl-aħħar reġistru elettorali,  jiġifieri,  dak ta’ Ottubru, 2011.

It-tqassim se jibqa sejjer sal-Ġimgħa 17 ta’ Frar u jsir kuljum bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m.  u bejn  it-3 ta’ wara nofsinhar u t-8 ta’ filgħaxija,  inkluż  fl-10 ta’ Frar u fis-Sibtijiet u l-Ħdud.

Għaldaqstant huwa ta’ ħtiega kbira li  fid-dar ikun hemm jew l-elettur innifsu,  jew persuna li ma tkunx taħt it-18-il sena, li jew tkun toqgħod fl-istess indirizz jew li tkun fl-impjieg tiegħu,  biex tirċievi d-dokumenti għall-votazzjoni u tiffirma li rċevithom.

Id-dokument għall-votazzjoni għandu jinżamm f’post fejn wieħed isibu għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota.

Related posts:

  1. Avviż relatat mal-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra
  2. Avviż lir-residenti: Għeluq tal-uffiċċju amministrattiv f’jum l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali
  3. Kandidati prospettivi ghall-elezzjoni tal-Kunsill
  4. Avvizi lir-residenti – Marzu 2012
  5. Elezzjonijiet Ewropej u tal-Kunsilli Lokali
  6. Elezzjoni tal-Kunsill Lokali tax-Xaghra
  7. Elezzjoni ghall-Ezekuttiv ta’ l-AKL
  8. Laqgha tal-Kunsill – Marzu 2012
  9. Avvizi mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u mill-Kunsill Lokali Xaghra