Kors dwar arranġamenti tal-fjuri

Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra iħabbar li ser jorganizza KORS interessanti dwar arranġamenti tal-fjuri għal dawk kollha li huma interessati f’din l-arti. Il-kors isir fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill u hu mistenni li jibda matul ix-xahar ta’ Frar 2012 f’dati li jiġu mħabbra aktar ‘il quddiem. Il-kors ser jitmexxa minn persuna kwalifikata f’dan ix-xogħol.

Dawk kollha interessati li jipparteċipaw huma mitluba jinkitbu fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis 9 ta’ Frar. Għal aktar informazzjoni, tistgħu ċċemplu fuq in-numru 21 563737 jew tibagħtu e-mail fuq xaghra.lc@gov.mt.

Related posts:

  1. Korsijiet organizzati mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra
  2. Kors edukattiv
  3. Avvizi mill-Kunsill: Kors ECDL u Serata ta’ kant u loghob ghat-tfal Xaghrin
  4. Kors bażiku fil-First Aid
  5. Avvizi lir-residenti – Marzu 2012
  6. Sessjonijiet dwar il-kura tal-anzjani fil-komunita’
  7. Jintemm b’success il-Kors ta’ Basic First Aid fl-ufficcji tal-Kunsill Lokali taghna
  8. Jingħata bidu għall-Kors taz-Zumba fil-lokalita’ tagħna
  9. Ħarġa għall-anzjani fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Girgor il-Kbir