Inawgurazzjoni ta’ belvedere ġdid

Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra ser jinawgura belvedere ġdid fil-lokalita’. Dan il-belvedere li jinsab fi Triq il-Knisja (fl-inħawi magħrufa bħala ‘Ta’ Għajn Damma’) ser iżid mal-postijiet ta’ rikreazzjoni fix-Xagħra. Il-belvedere jgawdi veduti mill-isbaħ tal-pajesaġġ naturali Għawdxi u tal-bajja ta’ Marsalforn li hija mfittxija minn bosta viżitaturi lokali u barranin, b’mod partikolari fix-xhur tas-sajf. Dan il-belvedere huwa wieħed mill-proġetti infrastrutturali mwettqa mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra f’din il-leġislatura.

Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni ser issir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar 2012 fl-10am. Ser ikun hemm kant mill-Kor tal-Iskola Primarja tax-Xagħra u diskors dwar kif żviluppa l-isem ta’ ‘Għajn Damma’ mill-istoriku Għawdxi, Mons. Joseph Bezzina. Il-belvedere ser jiġi inawgurat mis-Sindku tax-Xagħra, is-Sur Joe Cordina u mbierek mill-Arċipriet Mons. Carmelo Refalo.

Kulħadd huwa mistieden li jattendi!

Related posts:

  1. Inawgurazzjoni uffiċjali ta’ belvedere ġdid fix-Xagħra
  2. Diskors mis-Sindku Joe Cordina fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni uffiċjali tal-belvedere fi Triq il-Knisja
  3. Inawgurazzjoni tal-belvedere fi Triq il-Knisja
  4. L-Awtorita’ Maltija tal-Ambjent u l-Ippjanar tapprova permess ghal bini ta’ belvedere fi Triq Knisja
  5. Quddiesa għal ruħ l-ex-Sindku Ġużeppi Grima
  6. Inawgurazzjoni Ufficjali tal-Kampanja Edukattiva favur lokalitajiet indaf
  7. Installazjoni ta’ equipment gdid fil-playing field tal-lokalita’