L-Ewwel Jum tal-Kwaranturi Solenni fil-Knisja tan-Nazzarenu

October 13, 2011

6.00am: Quddiesa minn Mons. Carmelo Hili.

7.00am: Quddiesa Konċelebrata mmexxija mill-Arċipriet Mons. Carmelo Refalo li matulha jingħata bidu għal tlett ijiem ta’ Adorazzjoni Ewkaristika Solenni fil-Knisja tan-Nazzarenu.

11.30am: Għeluq tal-Adorazzjoni.

2.00pm: Ftuħ mill-ġdid tal-Adorazzjoni Ewkaristika fis-skiet.

6.15pm: Reċita tar-Rużarju, Kant tal-Għasar u Barka Sagramentali.

7.00pm: Quddiesa Konċelebrata mmexxija minn Dun Norman Zammit, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Marija Assunta (Ħad-Dingli) li matulha l-koppji li għalqu 25 jew 50 sena miżżewġin iġeddu l-wegħdiet taż-żwieġ tagħhom. Wara l-Quddiesa, isir riċeviment tal-okkażjoni fis-sagristija tal-Knisja.