Imfakkra l-irvellijiet tas-Sette Giugno
Nhar it-Tnejn 6 ta’ Gunju 2011, il-Kumitat Regjonali ghac-Celebrazzjonijiet tal-Festi Nazzjonali bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali Xaghra fakkar il-vittmi tal-irvellijiet tas-Seba’ ta’ Gunju 1919 fosthom il-kompajzan taghna Guzeppi Bajada li twieled u trabba fix-Xaghra Ghawdex.
Din it-tifkira bdiet b’Quddiesa fil-Knisja Kolleggjata-Bazilika ta’ Marija Bambina fil-5pm li kienet immexxija mill-Arcipriet tal-Parrocca taghna, Mons. Carmelo Refalo. Immedjatament wara l-Quddiesa, saret cerimonja kommemorattiva quddiem il-mafkar ta’ Guzeppi Bajada fin-naha ta’ isfel ta’ Triq Bullara. Prezenti ghal din ic-cerimonja kien hemm membri mill-Kumitat Celebrazzjonijiet Festi Nazzjonali flimkien mas-Sindku Joe Cordina, il-Kunsilliera Mary Carmen Bajada, l-Arcipriet Mons. Carmelo Refalo u rapprezentanti mid-diversi ghaqdiet socjali li ghandna fil-lokalita’. L-attivita’ intemmet bit-tqeghid ta’ kuruni f’riglejn il-mafkar ta’ Guzeppi Bajada u bil-kant ta’ l-Innu Nazzjonali taghna, kliem tal-Poeta Dun Karm Psaila u muzika ta’ Mro. Robert Sammut.
Posted by admin2 | 0 comments
Recent Comments