Il-Kunsill Lokali Xaghra jibda l-korsijiet tal-Aerobics fil-lokalita’ taghna
Matul din il-gimgha, il-Kunsill Lokali Xaghra ta bidu ghal zewg korsijiet intensivi ta’ aerobics ghar-residenti tal-lokalita’ taghna. L-ewwel sessjoni saret nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju 2011 fis-sala tal-Azzjoni Kattolika hdejn il-Knisja Parrokkjali taghna u tmexxiet mis-Sur Radu Gheorge li ghandu esperjenza vasta f’dan ix-xoghol. Ghal kull kors, ser issir sessjoni wahda kull gimgha. Huwa ikkalkulat li madwar 60 persuna qed jattendu ghal dawn il-korsijiet li ghandhom l-ghan li jqajmu kuxjenza dwar il-htiega tal-attivita’ sportiva fil-hajja mghaggla tal-lum.
Dawn il-korsijiet qed jittellghu mill-Kunsill Lokali Xaghra permezz ta’ finanzjament li applikajna ghalih taht l-Iskema ‘Attivitajiet Sportivi 2011’ imnedija mis-Segretarjat Parlamentari ghall-Kunsilli Lokali.
Posted by admin2 | 0 comments
Recent Comments