Il-festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xaghra Ghawdex

Il-Kunsill Lokali Xaghra jixtieq javza li nhar il-Hadd 16 ta’ Jannar 2011 ser tigi ccelebrata l-festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xaghra Ghawdex. Dan il-qaddis eremita jgawdi devozzjoni qawwija f’dan ir-rahal minhabba li l-ewwel Knisja Parrokkjali tax-Xaghra kienet iddedikata lilu u ghaldaqstant, huwa ikkunsidrat bhala l-ewwel titular tal-Parrocca. Barra minn hekk, ix-Xaghrin jemmnu li kienet l-intercessjoni tieghu li wasslet biex tinqered l-imxija tal-pesta tal-1814 li halliet 104 vittmi fir-rahal, fosthom il-Kappillan Dun Vincenz Cauchi.

Peress li Sant’Anton  Abbati huwa l-qaddis protettur tal-annimali, ta’ kull sena fl-okkazjoni tal-festa tieghu, jigu mbierka l-pets waqt cerimonja li tkun immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech. Bhala parti minn din il-festa, il-Kunsill Lokali ser jorganizza WIRJA TA’ KLIEB U QTATES f’jum il-festa mill-11.00am ‘il quddiem.

Il-formoli ta’ applikazzjoni jistghu jingabru mill-ufficcju amministrattiv tal-Kunsill Lokali Xaghra fi Vjal it-Tmienja ta’ Settembru minn nhar it-Tnejn 3 ta’ Jannar. L-applikazzjonijiet jaghlqu nhar il-Hamis 13 ta’ Jannar. Inheggu lill-Maltin u lill-Ghawdxin biex jippartecipaw f’din il-festa u jesebixxu l-pets taghhom li jinghataw tifkira tal-okkazjoni. Il-formola tista’ wkoll titnizzel online minn fuq il-website ufficjali tal-Kunsill, www.xaghra.com.


Applikazzjoni Kompetizzjoni Klieb Sant’Anton – 2011 (pdf aghfas biex tnizzel)

Applikazzjoni Kompetizzjoni Qtates Sant’Anton – 2011 (pdf aghfas biex tnizzel)