It-tnax-il edizzjoni tal-Kuncert annwali tal-Milied organizzat mill-Kunsill Lokali Xaghra

Il-Kunsill Lokali Xaghra ghandu l-pjacir ihabbar li ser ikun qed jorganizza t-tnax-il edizzjoni tal-Kuncert annwali tal-Milied, din is-sena bl-isem …Puer Natus Est…‘‘. Il-kuncert ser isir nhar it-Tnejn 27 ta‘ Dicembru 2010 gewwa l-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina, fix-Xaghra Ghawdex u jibda fis-7.00pm.

Ghal din is-sena, il-Kunsill Lokali ghogbu jaghzel lill-Kor Voci Angeliche (il-kor tal-Kolleggjata Bazilika ta’ Marija Bambina – Xaghra) sabiex jesegwixxi ghanjiet tradizzjonali u popolari marbuta ma’ Zmien il-Milied. Il-Kor flimkien mal-orkestra jkunu taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Dr. John Galea.

Waqt dan il-Kuncert, jinghataw donazzjonijiet b’rizq il-Malta Community Chest Fund sabiex anke fi zmien il-Milied, l-ispirtu ta’ generozita’ ma jonqosx u nahsbu f’dawk li huma anqas ixxurtjati minna.

Il-Kunsill Lokali Xaghra jinsab grat lejn Mons. Carmelo Refalo, l-Arcipriet tal-Bazilika u l-Wisq Reverendu Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata taghna ta’ l-appogg u l-ghajnuna li tawh biex ikun jista’ jittella’ dan il-kuncert. Apprezzamenti ohra jmorru ghall-Kumitat tal-Kultura fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex u ghall-kumpaniji u individwi li qed joffru l-ghajnuna finanzjarja taghhom biex jithallsu l-ispejjez.

Kulhadd jista’ jattendi ghal dan il-kuncert li hu bla hlas. L-udjenza hi mitluba biex fis-6.45pm tkun sabet postha fil-Knisja. Ghal aktar informazzjoni wiehed jista’ jcempel lill-Kunsill Lokali Xaghra fuq 21 563737 jew izur il-website www.xaghra.com. Il-portal elettroniku tal-Kunsill ser iwassal l-aggornamenti kollha marbuta ma’ din l-attivita’ ta’ Zmien il-Milied.