Zjara ta’ kortesija mill-Kunsill Lokali Xaghra fl-Iskola Primarja tal-lokalita’

Nhar il-Hamis 21 ta’ Ottubru 2010 saret zjara ta’ hbiberija mill-Kunsill Lokali Xaghra fl-Iskola Primarja tal-lokalita’ taghna li issa qed titmexxa minn amministrazzjoni gdida mmexxija mis-Surmast attwali s-Sur Joseph Xerii u l-Assistent Surmast is-Sur Mario Debono. Prezenti ghal din il-laqgha mal-ufficjali tal-Iskola Primarja kien hemm is-Sindku, xi Kunsilliera u s-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill.

F’din il-laqgha gew diskussi metodi differenti kif dawn iz-zewg entitajiet (il-Kunsill u l-Iskola) jistghu jikkollaboraw flimkien biex intejbu l-livell akkademiku tal-istudenti Xaghrin. Fost l-inizjattivi li ser jittiehdu fil-futur qarib hemm li l-istudenti jigu mhegga jsiru aktar familjari mal-qari permezz tal-Librerija pubblika ‘Patri Gigi Camilleri SJ’ li hija amministrata mill-istess Kunsill Lokali.

Ta’ min ifakkar li matul is-snin ta’ din il-legislatura, il-Kunsill ikkollabora mill-ahjar li seta’ mad-dirigenti tal-Iskola Primarja biex jigu organizzati attivitajiet li permezz taghhom l-istudenti Xaghrin ikabbru l-gharfien intellettwali u socjali taghhom. Ewlenin fost dawn l-inizjattivi hemm l-involviment tat-tfal fic-celebrazzjonijiet ta’ Jum il-Lokalita’ f’April u l-partecipazzjoni taghhom f’attivitajiet bhal Clean Up the World ecc.

Il-laqgha tal-lum segwiet iz-zjara li l-E.T. Dr. George Abela, President tar-Repubblika, ghamel lill-istess skola primarja tal-lokalita’ taghna bhala parti mill-programm tieghu ta’ zjara fl-iskejjel statali madwar Malta u Ghawdex. Waqt din il-laqgha socjali, l-E.T. Dr. Abela kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ mat-tfal li jiffrekwentaw l-iskola taghna ghat-taghlim taghhom, l-ghalliema nfushom flimkien mal-Kap tal-Iskola is-Sur Joe Xerri  u l-Assistent Kap tal-iskola, is-Sur Mario Debono.

Il-Kunsill Lokali Xaghra jiehu din l-okkazjoni biex jirringrazzja lis-Sur Joseph Rapa u lis-Sinjura Marianne Zammit fi tmiem il-hidma taghhom bhala Surmast u Assistent Surmast tal-Iskola Primarja u jawguralhom snin twal ta’ sahha ghall-gejjieni.